Skip to main content

Unjoni Ewropea Werrej Status | Bażi ġuridika | Istituzzjonijiet tal-UE | Aġenziji tal-UE | Kwistjonijiet attwali | Stati Membri u Tkabbir Suċċessiv | Struttura | Referenzi | Ħoloq esterni | Menu ta' navigazzjoniTagħrif bażiku dwar l-Unjoni EwropeaBrussels' EU capital role seen as irreversibleSchengen areaThe EU Single Market: Fewer barriers, more opportunitiesSuq wieħed mingħajr fruntieriCommon commercial policyAgrikoltura u SajdPolitika Reġjonali InforegioEUROPAIstituzzjonijietKunsill EwropewKummissjoni EwropeaKunsillParlament EwropewBank Ċentrali EwropewQorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni EwropeaQorti tal-AwdituriAġenzijiEUR-LexEurostatCIA World Factbook: Unjoni Ewropeam

Pages using ISBN magic linksUnjoni EwropeaOrganizzazzjonijiet internazzjonaliFederaliżmu


stat membruEwropaTrattat ta' MaastrichtKomunitajiet EwropejKunsillKummissjoniQorti tal-ĠustizzjaParlamentKunsill EwropewBank Ċentrali Ewropewbelt kapitaliBrussellsuq komuniŻona Schengenmoviment ħieles ta' nies, merkanzija, servizzi u kapitalagrikolturasajdiżvilupp reġjonaliorganizzazzjoni reġjonalifederazzjonikofederazzjonipajjiżi membriTrattat ta' Pariġi1951Komunità Ewropea tal-Faħam u l-AzzarFranzaBelġjuPajjiżi BaxxiLussemburguItaljaRepubblika Federali tal-ĠermanjaTrattat ta' Ruma1957Trattat ta' Maastricht1992Komunità Ekonomika EwropeaTrattat tal-Adeżjoni1 ta' Mejju2004trattat kostituzzjonaliIstati UnitiPatt ta' Stabilità u TkabbirPajjiżi membri tal-Unjoni EwropeaTkabbir tal-Unjoni EwropeaPajjiżi ġirien li jdawru l-Unjoni EwropeaIl-kriterji tal-isħubija1 ta' Mejju20043,892,685km²l-akbar pajjiż fid-dinjaTrattat ta' Maastrichtit-tielet l-akbarĊinaIndja19521958BelġjuFranzaĠermanja tal-PunentItaljaLussemburguPajjiżi l-BaxxiSerbjaTurkijaex Repubblika Jugoslava tal-MaċedonjaAlbanijaIslandaMontenegroNorveġjaIsvizzeraGroenlandjaIsle of ManAżoresMadejraTerritorji ta' stati membri speċjali u r-relazzjoni tagħhom mal-UEliġijiet tal-Unjoni EwropeaTrattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea










(function()var node=document.getElementById("mw-dismissablenotice-anonplace");if(node)node.outerHTML="u003Cdiv class="mw-dismissable-notice"u003Eu003Cdiv class="mw-dismissable-notice-close"u003E[u003Ca tabindex="0" role="button"u003Eaħbiu003C/au003E]u003C/divu003Eu003Cdiv class="mw-dismissable-notice-body"u003Eu003Cdiv id="localNotice" lang="mt" dir="ltr"u003Eu003Cdiv class="plainlinks" style="width:100%; padding: 0.5ex; margin: 0 0 5px;font-family: -apple-system, BlinkMacSystemFont, u0026#39;Segoe UIu0026#39;, Roboto, Helvetica, Arial, sans-serif, u0026#39;Apple Color Emojiu0026#39;, u0026#39;Segoe UI Emojiu0026#39;, u0026#39;Segoe UI Symbolu0026#39;; text-align: center; font-size: 16pt; color: grey"u003Eu003Cp style="font-size: 10.5pt"u003EŻomm ruħek aġġornat mal-Wikipedija Maltija billi tissieħeb magħna fuq u003Ca rel="nofollow" class="external text" href="http://www.facebook.com/Wikipedija"u003Eu003Cspan style="color:#3b5998; font-weight:bolder;"u003EFacebooku003C/spanu003Eu003C/au003E.u003C/pu003Enu003Cdiv style="clear: both;"u003Eu003C/divu003Eu003C/divu003Eu003C/divu003Eu003C/divu003Eu003C/divu003E";());




Unjoni Ewropea




Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa






Jump to navigation
Jump to search




Bandiera tal-Ewropa


L-Unjoni Ewropea (abbrevjata bħala UE) hija unjoni politika u ekonomika ta' 28 stat membru li jinsabu prinċipalment fl-Ewropa.[1] L-UE ġiet stabbilita taħt l-isem attwali permezz tat-Trattat ta' Maastricht tas-7 ta' Frar 1992 (li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993),[2] liema stati aderenti ġew miżjuda wara t-triq twila tal-Komunitajiet Ewropej li kienu jeżistu qabel.


L-organi prinċipali tal-UE jinvolvu lill-Kunsill (denominazzjoni li ħadet post dik tal-Kunsill tal-Ministri mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Maastricht), il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Parlament, il-Kunsill Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew. Il-membri tal-Parlament Ewropew huma eletti kull ħames snin miċ-ċittadini Ewropej. Il-belt kapitali de facto tal-UE hija Brussell.[3]


L-UE żviluppat suq komuni permezz ta' sistema standardizzata ta' liġijiet li japplikaw fl-istati membri kollha. Fi ħdan iż-Żona Schengen (li tinkludi 22 stat tal-UE u 4 stati non-UE) kontrolli fuq il-passaport ġew aboliti.[4] Il-politiki tal-UE jassiguraw il-moviment ħieles ta' nies, merkanzija, servizzi u kapital,[5][6] jiddekretaw leġiżlazzjoni fil-ġustizzja u l-affarijiet interni, u jżommu politiki komuni għall-kummerċ,[7] l-agrikoltura,[8] is-sajd u l-iżvilupp reġjonali.[9]




Werrej





  • 1 Status


  • 2 Bażi ġuridika


  • 3 Istituzzjonijiet tal-UE


  • 4 Aġenziji tal-UE


  • 5 Kwistjonijiet attwali


  • 6 Stati Membri u Tkabbir Suċċessiv

    • 6.1 Membri futuri tal-UE


    • 6.2 Status ta' Territorji extra-Ewropej



  • 7 Struttura


  • 8 Referenzi


  • 9 Ħoloq esterni




Status |


Fil-preżent, l-Unjoni Ewropea hija l-aktar organizzazzjoni reġjonali potenti. F'ċerti postijiet fejn l-istati membri ttrasferew ammont ta' sovranità lill-Unjoni, l-UE tidher tixbah iktar lil xi federazzjoni jew kofederazzjoni. Iżda l-istati membri jibqgħu jikkontrollaw it-trattati, jiġifieri l-Unjoni m'għandhiex is-setgħa li tieħu l-poter minn fuq il-pajjiżi mingħajr il-kunsens tagħhom. Dan apparti l-fatt li l-pajjiżi membri jibqgħu jħaddnu l-politika tagħhom f'dawk l-oqsma ta' importanza nazzjonali, bħal relazzjonijiet barranin u d-difiża.


Din l-istruttura unika, probabbilment iġġiegħlek tħares lejn l-Unjoni Ewropea iktar bħala entità sui generis.


L-istat attwali u futur tal-UE huwa s-suġġett ta' ħafna battibekki politiċi fost il-pajjiżi membri.



Bażi ġuridika |


Il-bażi ġuridika tal-Unjoni Ewropea hija sekwenza ta' trattati bejn il-pajjiżi membri. Dawn ġew emendati ħafna drabi tul is-snin, b'kull trattat ġdid jemenda u jissupplimenta dak ta' qablu. L-ewwel trattat li seħħ kien it-Trattat ta' Pariġi tal-1951 li stabbilixxa l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (European Coal and Steel Community; ECSC) bejn grupp oriġinali ta' sitt pajjiżi Ewropej li kienu jinkludu lil Franza, il-Belġju, il-Pajjiżi Baxxi, il-Lussemburgu, l-Italja, u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja.


Minn dak iż-żmien 'l hawn, dan it-trattat skada u l-funzjonijiet tiegħu ġew meħuda minn trattati oħra li ġew warajh. Minn naħa l-oħra, it-Trattat ta' Ruma tal-1957 għadu jgħodd sal-lum, avolja ġie emendat, partikolarment bit-Trattat ta' Maastricht tal-1992, li stabbilixxa l-Unjoni Ewropea taħt dan l-isem. It-Trattat ta' Ruma kien essenzjali biex tiġi stabbilità l-Komunità Ekonomika Ewropea (European Economic Community; EEC) kif ukoll l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea (European Atomic Energy Community; EAEC jew Euratom). Il-ħolqien ta' suq komuni kellu jkun wieħed mill-għanijiet ewlenija tal-unifikazzjoni tal-Ewropa għal ħafna żmien. L-aħħar modifiki li saru fuq it-Trattat ta' Ruma ġew miftiehma bħala parti mit-Trattat tal-Adeżjoni ta' 10 Stati Membri ġodda, li ġie implimentat fl-1 ta' Mejju, 2004.


Reċentement, l-Istati Membri tal-UE qablu mal-kontenut ta' trattat kostituzzjonali li, jekk jiġi ratifikat mill-pajjiżi membri, għandu jkun l-ewwel kostituzzjoni uffiċjali tal-UE, li tirrimpjazza t-trattati kollha preċedenti b'dokument wieħed.


F'każ li t-trattat tal-kostituzzjoni ma jiġix ratifikat mill-membri kollha tal-UE, ikun hemm bżonn li jerġgħu jinfetħu n-negozjati fuqu. Ħafna politiċi u uffiċjali jaqblu li l-istrutturi prekostituzzjonali huma ineffiċjenti għal Unjoni ta' 28 Stat Membru li qiegħda dejjem tikber maż-żmien. Politiċi f'ċerti pajjiżi membri (partikolarment fi Franza), issuġġerew li jekk ikun hemm biss ftit pajjiżi li ma jirratifikawx it-trattat, il-bqija tal-Unjoni għandha tinjorahom u timxi mingħajrhom. Dan l-aġir pjuttost kontroversjali jista' possibbilment joħloq unjoni oħra iktar Avant Garde ta' pajjiżi li impenjaw ruħhom għal dan it-trattat, ġewwa l-unjoni preżenti.


Ara wkoll:


  • Trattati tal-UE

  • Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea


Istituzzjonijiet tal-UE |


L-UE m'għandha l-ebda kapitali uffiċjali u l-istituzzjonijiet tagħha huma mifruxa f'ħafna bliet:



  • Brussell hija s-sede tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Ministri, fejn isiru wkoll il-laqgħat tal-kumitat u xi sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew. Sa minn l-aħħar tkabbir tal-UE, fi Brussell qed jinżammu wkoll is-summits (il-qċaċet/il-laqgħat-quċċata) kollha tal-Kunsill Ewropew. Għal dawn ir-raġunijiet, Brussell tista' tiġi kkunsidrata de facto, il-kapitali tal-UE.

  • Strasburgu hija s-sede tal-Parlament Ewropew kif ukoll il-post fejn isiru ħafna mis-sessjonijiet plenarji. Hija wkoll il-benniena tal-istituzzjonijiet storiċi ta' "Ewropa ikbar" (Kunsill tal-Ewropa, Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem), li jikkooperaw mal-UE.
  • Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u s-segretarjat tal-Parlament Ewropew jinsabu l-Lussemburgu.
  • Il-Bank Ċentrali Ewropew jinsab Frankfurt.


Aġenziji tal-UE |


L-UE għandha numru ta' agenziji speċializzati u deċentralizzati b'mandat sabiex ikunu ta' għajnuna għall-Istati Membri tal-UE:


Aġenziji tal-Politika Komuni tal-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà (CFSP):


  • Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC)
  • L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA)
  • L-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà (EUISS)

Aġenziji komunitarji


Aġenziji tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali


Aġenti Eżekuttivi


Aġenziji u entitajiet tal-EURATOM



Kwistjonijiet attwali |


Bħalissa, l-kwistjonijiet prinċipali li qed tiffaċċja l-UE jinkludu r-relazzjonijiet mal-Istati Uniti, ir-reviżjoni tar-regoli tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, u r-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona.



Stati Membri u Tkabbir Suċċessiv |


'Artikli prinċipali: Pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, Tkabbir tal-Unjoni Ewropea, Pajjiżi ġirien li jdawru l-Unjoni Ewropea, Il-kriterji tal-isħubija.


Sa mill-1 ta' Mejju, 2004, l-Unjoni Ewropea tikkonsisti f'25 pajjiż membru. L-erja totali ta' dawn il-25 pajjiż (2004) hija 3,892,685 km². Kieku kienet pajjiż, l-UE kienet tkun is-seba' l-akbar pajjiż fid-dinja mid-daqs. In-numru ta' ċittadini tal-UE (kull ċittadin ta' pajjiż membru tal-UE, skont it-termini stipulati fit-Trattat ta' Maastricht) fil-25 stat, jammonta, bejn wieħed u ieħor, 453 million (Marzu 2004). Din il-figura hija it-tielet l-akbar fid-dinja wara ċ-Ċina u l-Indja.




Mappa tat-28 pajjiż membru tal-UE, ammissjonijiet tal-2013 u pajjiżi kandidati


Fl-1952/1958 is-sitt pajjiżi fundaturi tal-UE kienu: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja tal-Punent, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi. Minn dakinhar, 19-il pajjiż ieħor ingħaqdu mal-UE fi tkabbir sussegwenti:


















SenaPajjiżi
1973
Danimarka, Irlanda, u r-Renju Unit
1981
Greċja
1986
Portugall u Spanja
1995
Awstrija, Finlandja, u Svezja
2004
Ċipru, Ċekja, Estonja, Ungerija, Latvja, Litwanja, Malta, Polonja, Slovakkja u Slovenja
2007
Bulgarija u Rumanija
2013
Kroazja

Noti:


  • Il-Groenlandja, li ġiet mogħtija awtonomija mid-Danimarka fl-1979, telqet mill-Komunitajiet Ewropej fl-1985, wara referendum.

  • fl-1990: it-territorju u l-popolazzjoni tal-Komunità Ewropea żdiedu meta l-Ġermanja ta' Lvant ingħaqdet mal-Ġermanja tal-Punent.


Membri futuri tal-UE |


Bħalissa hemm tliet stati li jissejħu kandidati, dawn huma s-Serbja, it-Turkija (ma' dawn l-istati, in-negozjati għadhom għaddejjin) u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-pajjiżi li applikaw biex isiru membri tal-Unjoni huma l-Albanija, l-Islanda u l-Montenegro.
Iktar informazzjoni fuq tkabbir futur jista' jinsab fl-artiklu Tkabbir tal-Unjoni Ewropea.


Xi pajjiżi bħan-Norveġja u l-Isvizzera li fil-preżent mhumiex membri tal-UE, xorta għandhom ftehim speċjali mal-unjoni. (Ara l-artiklu dwar relazzjonijiet ta' terzi pajjiżi ma l-UE). Ħafna mill-membri tal-EFTA (European Free Trade Association) huma sħab mat-Trattat tal-EEA (European Economic Area), li jfisser li dawn il-pajjiżi jistgħu jipparteċipaw ukoll fis-suq komuni.



Status ta' Territorji extra-Ewropej |


Ċerti postijiet għandhom konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet mal-istati membri tal-UE minħabba l-passat kolonjali tagħhom, rabtiet kulturali jew ġeografiċi. Għar-relazzjoni tal-UE ma' Groenlandja, l-Isle of Man, l-Ażores u Madejra, fost oħrajn, ara l-artiklu dwar Territorji ta' stati membri speċjali u r-relazzjoni tagħhom mal-UE.



Struttura |


Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jinkludu numbru kbir ta' strutturi legali u istituzzjonali li huma sovvrapposti fuq xulxin. Dan huwa r-riżultat tal-ħafna trattati internazzjonali suċċessivi li seħħew maż-żmien. Fi żminijiet riċenti, saru ħafna sforzi konsiderevoli biex jiġu konsolidati u simplifikati dawn it-trattati, li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għall-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea. Jekk dan it-trattat propost jiġi adottat, dan jispiċċa biex jieħu post it-trattati l-oħra li attwalment jiffurmaw il-kostituzzjoni tal-UE.



Referenzi |




  1. ^ Tagħrif bażiku dwar l-Unjoni Ewropea. europa.eu. Aċċess tal-URL: 4 ta' Ottubru 2012.


  2. ^ Paul Craig; P. P. Craig; Grainne De Burca, EU Law: Text, Cases and Materials, 4, Oxford, Oxford University Press, 2007. pġ. 15 ISBN 978-0-19-927389-8


  3. ^ (Ingliż) Brussels' EU capital role seen as irreversible. Euractiv.com. Aċċess tal-URL: 28 ta' Ottubru 2012.


  4. ^ (Ingliż) Schengen area. europa.eu. Aċċess tal-URL: 8 ta' Settembru 2010.


  5. ^ (Ingliż) The EU Single Market: Fewer barriers, more opportunities. europa.eu. Aċċess tal-URL: 27 ta' Settembru 2007.


  6. ^ Suq wieħed mingħajr fruntieri. europa.eu. Aċċess tal-URL: 29 ta' Ġunju 2007.


  7. ^ (Ingliż) Common commercial policy. europa.eu. Aċċess tal-URL: 6 ta' Settembru 2008.


  8. ^ Agrikoltura u Sajd. Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2013.


  9. ^ Politika Reġjonali Inforegio. europa.eu. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2013.



Ħoloq esterni |




Uffiċjali

  • EUROPA – web portal uffiċjali

  • Istituzzjonijiet

  • Kunsill Ewropew

  • Kummissjoni Ewropea

  • Kunsill

  • Parlament Ewropew

  • (EN) Bank Ċentrali Ewropew

  • Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

  • Qorti tal-Awdituri

  • Aġenziji


  • EUR-Lex – liġijiet tal-UE

Data u statistika
  • Eurostat

  • CIA World Factbook: Unjoni Ewropea







Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Unjoni_Ewropea&oldid=251368"










Menu ta' navigazzjoni



























(RLQ=window.RLQ||[]).push(function()mw.config.set("wgPageParseReport":"limitreport":"cputime":"0.148","walltime":"0.201","ppvisitednodes":"value":1709,"limit":1000000,"ppgeneratednodes":"value":0,"limit":1500000,"postexpandincludesize":"value":24696,"limit":2097152,"templateargumentsize":"value":12280,"limit":2097152,"expansiondepth":"value":12,"limit":40,"expensivefunctioncount":"value":0,"limit":500,"unstrip-depth":"value":0,"limit":20,"unstrip-size":"value":4805,"limit":5000000,"entityaccesscount":"value":0,"limit":400,"timingprofile":["100.00% 113.318 1 -total"," 56.81% 64.373 1 Mudell:Pajjiżi_tal-Unjoni_Ewropea"," 53.78% 60.939 1 Mudell:Navbox"," 43.05% 48.786 1 Mudell:Navbox/core"," 27.65% 31.329 1 Mudell:Referenzi"," 12.60% 14.280 1 Mudell:En"," 10.27% 11.639 1 Mudell:Lingwi"," 9.09% 10.301 8 Mudell:Ċita_web"," 7.63% 8.647 1 Mudell:Għażla_lingwa"," 7.60% 8.614 1 Mudell:Flagicon"],"cachereport":"origin":"mw1303","timestamp":"20190521224836","ttl":2592000,"transientcontent":false););"@context":"https://schema.org","@type":"Article","name":"Unjoni Ewropea","url":"https://mt.wikipedia.org/wiki/Unjoni_Ewropea","sameAs":"http://www.wikidata.org/entity/Q458","mainEntity":"http://www.wikidata.org/entity/Q458","author":"@type":"Organization","name":"Contributors to Wikimedia projects","publisher":"@type":"Organization","name":"Wikimedia Foundation, Inc.","logo":"@type":"ImageObject","url":"https://www.wikimedia.org/static/images/wmf-hor-googpub.png","datePublished":"2005-04-10T10:03:40Z","dateModified":"2018-06-16T15:18:09Z","image":"https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/b/b7/Flag_of_Europe.svg"(RLQ=window.RLQ||[]).push(function()mw.config.set("wgBackendResponseTime":195,"wgHostname":"mw1333"););

Popular posts from this blog

How to write a 12-bar blues melodyI-IV-V blues progressionHow to play the bridges in a standard blues progressionHow does Gdim7 fit in C# minor?question on a certain chord progressionMusicology of Melody12 bar blues, spread rhythm: alternative to 6th chord to avoid finger stretchChord progressions/ Root key/ MelodiesHow to put chords (POP-EDM) under a given lead vocal melody (starting from a good knowledge in music theory)Are there “rules” for improvising with the minor pentatonic scale over 12-bar shuffle?Confusion about blues scale and chords

What if the end-user didn't have the required library?What is setup.py?What is a clean, pythonic way to have multiple constructors in Python?What does Ruby have that Python doesn't, and vice versa?What is the reason for having '//' in Python?How do I create a namespace package in Python?How to package shared objects that python modules depend on?setuptools vs. distutils: why is distutils still a thing?Navigation in Windows 10 vs code not going to virtualenv library when the same library is installed at user levelPython create package for local usePackaging a project that uses multiple python versionsWhy is permission denied on pip install except for when “--user” is included at end of command?

Why did Thanos need his ship to help him in the battle scene?Which actor plays Thanos in the Avengers mid-credits scene?Are there economic implications portrayed in comics where the buildings and cities are ruined almost daily?Old X-Men comic where team travels to alien world with a ring-like sun that needs recharging?Why does Ego need help sleeping?Is there an objective answer to who “the strongest Avenger” is?How did Banner get unstuck?Why did Thanos get hit?How did Thanos (or anyone) know the Infinity Stones would give him this power?Did Thanos leave Eitri alive for his after-sales service?In Avengers 1, why does Thanos need Loki?